Funeral Date
10th March 2026

Mass Time
14:30

Church
Kunvent tas-Sorijiet Agostinjani, Mosta

Date of Death: 08th March 2026
Published on: 10th March 2026

We sadly announce the passing of

Sr Eulalia FERRIGGI

+ 8th March 2026



Is-Sorijiet Agostinjani Qaddejja ta’ Ġesù u Marija ħabbru l-mewt ta’ Sr Eulalia Ferriggi, li marret tiltaqa’ mal-Ħallieq tagħha fit-8 ta’ Marzu 2026.

Sr Eulalia bdiet il-vokazzjoni reliġjuża tagħha fi ħdan il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Agostinjani 78 sena ilu fir-Rabat, Malta. Matul ħajjitha hija serviet f’diversi komunitajiet tal-kongregazzjoni f’Malta u għal xi żmien ukoll fil-komunità tagħhom f’Għawdex.

Hija tat ukoll is-sehem tagħha fl-iskejjel tal-kongregazzjoni fejn ħadmet bħala edukatriċi tas-snin bikrin, u ddedikat snin twal għall-formazzjoni tat-tfal.

Il-funeral tagħha se jsir nhar it-Tlieta 10 ta’ Marzu 2026 fit-2:30 p.m. fil-kappella tal-kunvent tas-Sorijiet Agostinjani fil-Mosta.

 

Jagħtiha l-Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Id-dawl ta’ dejjem jiddi lilha.

Tistrieħ fis-sliem. Ammen.

 


Condolences & Tributes

Share this page